Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis dwar il-mozzjoni tal-ħatra ta’ Dr Mark Chetcuti
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis f’intervent fil-Parlament dwar il-mozzjoni tal-ħatra ta’ Dr Mark Chetcuti bħala Prim Imħallef qal li “dak li qed isir fil-qbil dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef mhux kompromess imma eżerċizzju ta’ konvinżjoni. Dan hu l-messaġġ li rridu nibagħtu llum”.
Tenna li “irrid nirringrazzja lill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonniċi li beda din it-triq b’riformi li saru qabel. L-akbar grazzi għandha tingħata lill-Prim Ministru Robert Abela għax hu saħaq li l-ġustizzja għandha ġġib għaqda u rikonċiljazzjoni nazzjonali. M’hemm xejn aktar mill-figura tal-Prim Imħallef li ġġib ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali”.