Monday, December 9, 2024

”Nirringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela”

Aqra wkoll

Adrian Delia jitkellem dwar qbil bla preċedent bejn il-gvern u l-oppożizzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, iddikjara fil-Parlament  li fi żmien ta’ gwerra id-demokrazija trid tibqa’ ħajja. Qal fl-Ewropa hemm min qed jipprova japprofitta ruħu anke mid-demokrazija. Żied jgħid li għall-kuntrarju f’pajjiżna llum assistejna għal jum storiku hekk kif instab qbil dwar il-Prim Imħallef u anke fuq il-metodu ta’ kif se ssir.

“Dan hu jum storiku għal pajjiżna”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-kap tal-Oppożizzjoni qal li jixtieq jirringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela. Spjega li l-laqgħa bejn iż-żewġ naħat damet biss kwarta. Din turi li ma kinitx kwistjoni ta’ kompromess imma kwistjoni ta’ konvinzjoni. Delia qal dan b’referenza għad-deċiżjoni li ttieħdet aktar kmieni rigward il-ħatra ta’ Mark Chetcuti bħala Prim Imħallef.

Ekonomija

Sport