Wednesday, December 25, 2024

“Kemm nixtieq narak imqar għal ħames minuti u ngħannqek miegħi … ma nafx kif se ngħix mingħajrek”

Aqra wkoll

“In-nuqqas tiegħek diġà qed inħossu u għadhom għaddew 4 t’ijiem aħseb u ara se jkolli ngħix ħajti kollha mingħajrek. Kemm hi iebsa l-firda.”

Hekk bdiet fil-messaġġ li kitbet is-sieħba ta’ Elenia Briffa hekk kif illum se tingħata l-aħħar tislima mill-Isptar Mater Dei fis-2.00p.m. lill-pustiera ta’ 19-il sena li mietet traġikament f’inċident tat-traffiku. 

“Aħfirli meta ġieli kont inqabbiżomlok imma tant kemm inħobbok qalbi. Nixtieq imqar narak għal ħames minuti El, ngħannqek waħda miegħi u ngħidlek kemm vera nħobbok,” qalet is-sieħba tagħha.

“Illum ġejja ntik l-aħħar tislima. Ma niflaħix dik il-ħaġa li int qiegħda kuntenta hemm fuq u jien hawn nipprova ngħix mingħajrek. El titlaqni qatt minn taħt ħarstek. Ibqa’ miegħi dejjem. Qalbi żommli post ħdejk ħalli kif Alla jsejjaħ lili, jien ningħaqad miegħek kif dejjem ippjanajna li nagħmlu qalbi. Inħobbok anġlu sabiħ tiegħi,” temmet tgħid fil-messaġġ tagħha.

Elenia, residenti l-Qrendi, nhar is-7 ta’ Mejju tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li t-tfajla ta’ 19-il sena tilfet il-kontrol tal-vettura tat-tip Paxster u nqalbet, bil-konsegwenza li ħarget minn ġol-vettura u ġiet taħta.

Ekonomija

Sport