Wednesday, April 24, 2024

Ruma mheżża minn terremot ħafif… fl-istess waqt li qiegħda tipprova toħroġ minn lockdown

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, Ruma kienet mheżża minn terremot ħafif, fl-istess waqt li qiegħda tipprova terġa’ ssib saqajha wara lockdown minħabba l-Coronavirus. 

It-terremot ta’ saħħa 3.3 fuq l-Iskala Richter, laqat Ruma fil-5.03 a.m. u l-qofol tiegħu kien f’Fonte Nuova, raħal żgħir li jinsab madwar 10 mili bogħod mill-belt kapitali. 

Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar qalu li rċevew bosta telefonati minn nies li qamu minħabba t-theżżiż. Madankollu, ma jidhirx li kien hemm xi ħsarat jew inkella xi nies li sfaw feruti. 

Sport