Saturday, October 26, 2024

“Kemm xtaqt kont maġenbek biex inżommok miegħi bħal meta konna żgħar”

Aqra wkoll

“Mulej ma nagħtikx tort li ħadtli l-isbaħ ġawra. Mhux għax oħti imma hija verità. Inti kont u tibqa’ mara ta’ veru b’qalb safja u ħanina mal-iżgħar fost il-bnedmin”. Iddikjarat dan oħt Marie Claire, il-mara li sfortunatament hija l-aħħar vittma ta’ inċident tat-traffiku f’pajjiżna.

Hija kompliet biex tistaqsiha “Għażiża oħti ta’ qalbi għaliex tlaqtni?”, filwaqt li talbitha tibqa’ tieħu ħsieb lill-ġenituri tagħhom minn ħdejn il-Mulej li tant kienet u ċerta li se tibqa’ tħobb għall-eternità.

Il-kbira minn fost l-aħwa kompliet biex tispjega li għalkemm ħutha kollha kienu ġawra, Marie Claire kellha dik ix-xi ħaġa unika. Esprimiet id-dieqa għall-fatt li ma rnexxilhiex tkun maġenbha fl-aktar mument li kellha bżonnha biex tkun tista’ żżommha magħha bħalma kienet iżżommha meta kienu żgħar.

“Il-karattru ferrieħi tiegħek m’aħna se ninsewh qatt u qatt. Inħobbok bla qies żgħira tiegħi!”, temmet oħtha.

Sport