Juventus ferħu lill-plejer tagħhom Kenan Yildiz li skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim nazzjonali Tork fil-partita kontra l-Ġermanja, mirbuħa mit-Torok 3-2.
“Nifirħulek – Kburin ħafna bik” kien messaġġ fuq il-profil soċjali ta’ Juventus ta’ Twitter.
Għal Yildiz dan kien gowl speċjali proprju fid-debutt tiegħu mat-tim ta’ pajjiżu.
Ma’ Juventus, Yildiz ilu biss ftit xhur fejn s’issa lagħab ħames partiti. Hu jilgħab bħala midfielder offensiv.