Manchester United huma konvinti li fil-futur għandhom bżonn attakkant pur speċjalment għax bħalissa għaddejjin minn nixfa ta’ gowls.
Id-diriġenti tar-Red Devils għalhekk identifikaw lil Kenan Yildiz bħala mira ewlenija tagħhom. Xi ġurnalisti sportivi rrimarkaw li l-bejgħ ta’ Marcus Rashford is-sajf li ġej jagħmilha aktar faċli għal United biex jakkwistawh, iżda żied jgħid li jkun hemm bżonn offerta qawwija biex Juventus jċedu lil dan il-plejer.
Yildiz, attakkant Tork ta’ 20 sena, beda l-karriera tiegħu ma’ Bayern Munich u issa qed jispikka mal-Bianconeri.