Kepa Arrizabalaga ammetta li l-esperjenza preżenti tiegħu bħala riserva ta’ Edouard Mendy ma’ Chelsea mhix “faċli”.
Il-goalkeeper ta’ 26 sena jibqa’ l-iktar goalkeeper fid-dinja li sewa flus wara t-trasferiment tiegħu ta’ £71 miljun lejn Stamford Bridge mingħand Athletic Bilbao fl-2018, iżda tħabat biex jiġġustifika l-prezz tiegħu.
Il-wirjiet mimlijin żbalji ta’ Kepa wasslu lill-klabb biex jimxi għall-ex goalkeeper ta’ Rennes, Mendy – li stabbilixxa ruħu bħala n-numru wieħed ta’ Thomas Tuchel – u Kepa issa fetaħ qalbu fuq is-sitwazzjoni frustranti tiegħu ma’ Chelsea.
Huwa qal: “Kulħadd irid jilgħab nhar ta’ Sibt u Ħadd.”
“Għall-players oħra, hemm ċans li jidħlu ftit, imma l-goalkeeper żgur li mhux se jilgħab. Mhux faċli. Il-ġranet tal-logħob meta ma tilgħabx mhumiex faċli.
“Trid tassumi r-rwol tiegħek f’dak il-punt u tkun ta’ għajnuna bl-aħjar mod li tista’. Matul il-ġimgħa, fuq bażi ta’ kuljum, timbotta sal-massimu. Tagħmel dan għalik, mhux għal ħaddieħor, sempliċement biex tkun ippreparat, biex tkompli titjieb u li tkun lest meta tingħata l-opportunità jew għal kwalunkwe ċirkostanza. “
Kepa għandu 40 clean sheet minn 110 logħbiet bil-flokk ta’ Chelsea u jibqa’ taħt kuntratt mar-rebbieħa taċ-Champions League sas-sajf tal-2025.