Wednesday, April 24, 2024

Proposta biex it-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn

Aqra wkoll

Il-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin, warrab l-idea li t-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn, u qal li se “idgħajjef” it-tournament.

Il-FIFA qed torganizza studju ta’ fattibbilità għal Tazza tad-Dinja biennali tal-irġiel u n-nisa wara proposta mill-Fede­razzjoni tal-Football tal-Arabja Sawdita f’Mejju.

Il-proċess ta’ konsultazzjoni qed jit­mexxa mill-ex manager ta’ Arsenal, Arsene Wenger.

“Il-ġojjell tat-Tazza tad-Dinja kellu va­lur preċiżament minħabba r-raritá tie­għu,” qal Ceferin.

Waqt li tkellem personalment fl-Assemblea Ġenerali quddiem 160 rappreżentant tal-European Club Association, huwa żied jgħid: “Li żżommha kull sentejn twassal għal aktar randomiżmu, inqas leġitti­­mi­tá u sfortunatament, iddgħajjef it-Tazza tad-Dinja nnifisha.”

Wenger, kap tal-iżvilupp tal-footbol globali fil-FIFA, f’Mejju qal li ried jara t-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonat Ewropew jintlagħbu kull sentejn u l-FIFA jkollha “tħalli l-bqija barra”.

Fl-indirizz bil-video, Infantino ma semmiex it-Tazza tad-Dinja. Madankollu, hu­wa qal li hemm bżonn li jkun hemm ħsieb “fundamentali” madwar il-kalendarju internazzjonali b’”l-ebda suġġetti tabù”.

“Aħna m’għandniex neħduha bħala xi tip ta’ sfida u ġlieda,” huwa qal dwar il-konsultazzjoni ta’ Wenger. “Huwa mod kif nagħmlu l-football globali b’saħħtu. Irridu nagħtu lill-partitarji saħansitra iktar raġuni biex igawdu l-isport tagħna.

“Il-bieb tal-FIFA huwa miftuħ għal kull idea għal kwalunkwe proposta.”

Sport