Il-goalkeeper ta’ Chelsea FC Kepa Arrizabalaga kkonferma li fis-sajf li għadda waqt is-suq tat-trasferimenti, diriġenti ta’ Napoli avviċinaw lir-rappreżentant tiegħu sabiex jiksbu l-firma tiegħu.
Minkejja offerta xi ftit jew wisq tajba li tawh il-Partenopei, hu qal li xorta xtaq ikompli jilgħab fi Stamford Bridge aktar u aktar għax il-club Ingliż għandhom fiduċja fih.
Kepa għandu 27 sena u ilu mal-Blues mis-sena 2018 fejn b’kollox lagħab 80 partita.