Kercem Ajax ġew inkurunati Champions tal-Ewwel Diviżjoni tal-BOV Gozo Football League wara li għelbu lil Nadur Youngsters bl-iskor minimu ta’ 1-0 fil-Gozo Stadium nhar it-Tnejn filgħaxija.
Immexxija mill-kowċ, Danijel Bogdanovic, Kercem, li ġew promossi fi tmiem l-istaġun li għadda bħala Champions tat-Tieni Diviżjoni b’punti massimi minn 15-il logħba, kellhom serje impressjonanti fl-Ewwel Diviżjoni dan l-istaġun, fejn rebħu s’issa 13 mis-16-il logħba li lagħbu.
Wara li ġew miżmuma f’żewġ draws minn SK Victoria Wanderers u Xewkija Tigers fl-ewwel żewġ logħbiet, rebħu 13 mill-aħħar 14-il logħba, u tilfu logħba waħda biss kontra Qala Saints.

