Saturday, May 4, 2024

Kevin De Bruyne f’riskju li jitlef id-derby tas-Sibt li ġej kontra Manchester United

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Manchester City Kevin De Bruyne jinsab f’riskju li jitlef id-derby tas-Sibt li ġej kontra Manchester United.

L-internazzjonali tal-Belġju fil-biċċa l-kbira tħabat biex iħalli impatt konsistenti f’dan l-istaġun, billi skorja tliet goals u pprovda assist wieħed minn 12-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.

Barra minn hekk, De Bruyne lagħab biss 59 minuta fit-telfa ta’ 2-0 li Man City sofrew ġewwa darhom nhar is-Sibt kontra Crystal Palace, u l-forma tiegħu tista’ twassal lil Pep Guardiola biex jagħmel xi tibdil fl-iskwadra tiegħu.

Il-kawża tal-player ta’ 30 sena ma ġietx mgħejjuna minn numru ta’ problemi ta’ injury, iżda Guardiola għandu lil Ilkay Gundogan fl-aqwa forma qabel il-vjaġġ lejn Old Trafford fi tmiem din il-ġimgħa.

De Bruyne beda kull logħba għal City fiċ-Champions League s’issa dan l-istaġun, madankollu, bis-Citizens issa qed jippreparaw biex jilqgħu lil Club Brugge fl-Etihad Stadium nhar l-Erbgħa.

Sport