Il-midfielder internazzjonali Belġjan ta’ Manchester City, Kevin De Bruyne, jista’ jibqa’ barra mill-azzjoni sal-aħħar tas-sena wara li fir-rebħa ta’ 3-0 fuq Burnley, huwa sofra injury fil-hamstring biex kellu joħroġ mill-ground wara 23 minuta.
Għaldaqstant, il-club qed jara l-għażliet kollha bil-possibbiltá li se jkollu bżonn jiġi operat.
Madankollu, huwa ssuġġerit li deċiżjoni finali dwar il-kirurġija għadha ma ttiħditx anki jekk titqies bħala l-”aħjar għażla”.
Il-club diġà ffirma lil Mateo Kovacic u Josko Gvardiol dan is-sajf għal £100 miljun.
Fl-istess waqt, il-club huwa interessat ukoll li jiffirma lill-istilla ta’ West Ham Lucas Paqueta.
Il-midfielder Brażiljan kellu rwol ewlieni fit-trijonf tal-Hammers fil-UEFA Conference League.
City diġà għamlu offerta verbali ta’ £70 miljun għall-eks stilla ta’ Lyon u AC Milan, iżda din ġiet miċħuda minn West Ham.