Saturday, May 4, 2024

Ħidmet il-bdiewa u r-raħħala esebita f’wirja agrarja f’Għawdex

Aqra wkoll

It-tradizzjoni tal-Wirja Agrarja, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex ilha marbuta mal-festa ta’ Santa Marija għal 168 sena, wirja li taf il-bidu tagħha fl-1855 bħala l-ewwel wirja tal-biedja u s-snajja’. Dak iż-żmien kienet bdiet tiġi organizzata fl-iskola primarja tal-Gvern, fi Triq il-Vajrinġa r-Rabat Għawdex. Wara waqfa qasira matul it-tieni gwerra dinjija fl-1943 din il-wirja reġgħet bdied tiġi oganizata fil-ġonna pubbliċi tal-Villa Rundle, in-naħa t’isfel ta’ triq it-Tiġrija, illum triq ir-Repubblika.   

Dan l-avveniment importanti annwali jiġi organizzat mis-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, wirja li jkun hemm esebiti għal pubbliku, mqassma f’diversi taqsimiet, annimali, ħxejjex,ċerejali, tjur, ħaxix, għasafar tal-għana u makkinarju tar-razzett fost oħrajn flimkiem ma’ prodotti oħra b’ħidmiet il-bdiewa u produtturi tal-prodotti agrikoli min raħħala u dilettanti min diversi rħula t’Għawdex. Dan l-ispettaklu popolari fil-gzira ta’ Għawdex fejn  iżuruha eluf ta’ nies, hija ukoll opportunità għall-familji tal-biedja lokali li jippreżentaw il-prodotti tagħhom.

Attività li tkun mistenni mhux biss mill-Għawdxin iżda ukoll min dawk li ikunu fostna għal btala kemm Maltin kif ukoll barranin. Matul dawn l-aħħar snin il-wirja saret fuq bażi ta’ tliet ijiem mitt-13 sal 15 ta’ Awwissu dħul b’xejn. Fl-aħħar jum tal-wirja 15 ta’ Awwissu, jum Santa Marija, matul in-nofsinhar ta’ filgħodu tilħaq il-qofol tagħha permess tal-bhejjem u l-għoti tal premijiet. 

Preżenti għal din il-wirja kien hemm il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri li flimkien ma mas-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali Għawdxija fit-tmiem il-wirja sar it-tqassim tar-rigali lir-rebbieħa. 

Sport