Friday, September 13, 2024

Keylor Navas viċin Gremio

Aqra wkoll

Il-goalkeeper mill-Costa Rica, Keylor Navas, huwa mistenni li jkompli l-karriera tiegħu fil-Brażil ma’ Gremio. Wara li temm l-avventura tiegħu ma’ Paris St Germain u wara esperjenzi Ewropej ma’ Levante, Real Madrid, Albacete u Nottingham Forest, il-goalkeeper ta’ 37 sena se jkompli jagħmel dak li jħobb fl-Amerika t’Isfel.

Sakemm kien bla klabb, Navas kien qed jitħarreġ mal-eks tim tiegħu meta kien żagħżugħ Saprissa iżda issa jinsab kuntent li ngħaqad ma’ tim prestiġġjuż li se jipprova jkabbar il-profil tiegħu fil-Brażil.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport