Fil-pjazez u fuq il-binjiet li jinsabu fil-Belt ta’ Kherson reġgħu feġġew il-bnadar Ukreni jperpru wara li l-armata Russa rtirat, kif ħabbret li ser tagħmel jumejn ilu.
Fid-dawl ta’ dan, in-nies, issa bdiet toħroġ tiċċelebra u bdew anke jneħħu s-simboli li oriġnarjament kienu ordnati mill-Kremlin.

Intant ix-xandir pubbliku ħabbar li ġġarraf l-uniku pont strateġiku li jgħaqqad lil Kherson mar-Russja.
Minkejja dawn l-iżviluppi, il-Kremlin sostnew li dan ma’ jibdel xejn, politikament għaliex Kherson xorta tibqa’ parti mir-Russja.