Sunday, May 5, 2024

Jappellaw għal ftehim bejn is-sidien u s-Soċjetajiet Mużikali wara ultimatum għall-każin ta’ Stella Maris

Aqra wkoll

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qiegħda tappella lill-gvern biex jimplimenta l-iskema mnedija biex jinxtraw proprjetajiet li minnhom joperaw is-Soċjetajiet Mużikali fl-ibliet u l-irħula li qegħdin fil-kera.

Dan wara li skont l-istess għaqda, il-Każin tal-Banda ta’ Stella Maris ngħata ċans sal-Erbgħa 23 ta’ Novembru biex tivvaka s-sede tagħha u konsegwentament tispiċċa mingħajr każin.

L-għaqda tenniet li ma tixtieqx li tasal din il-ġurnata u ma titteħidx azzjoni għax dan ikun ifisser li każin ta’ Banda bi storja twila bandistika ta’ ’l fuq minn 100 sena marbut mal-festa ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema tkun ġiet fix-xejn.

Hija tenniet tħeġġeġ lill-gvern biex jintlaħaq ftehim ġust bi qbil bejn is-Soċjetajiet u s-sidien tal-proprjetà ħalli mhux biss din is-Soċjetà, iżda l-fraternità kollha bandistika tgawdi minn serħan il-moħħ.

Sport