L-attakkant ta’ Napoli Kvicha Kvaratshkelia qed jinteressa mhux ftit lill-ġganti Franċiżi Paris St Germain kif ukoll lill-Ispanjoli ta’ Barcelona. Dan il-plejer għandu 23 sena u jinsab fit-tielet staġun mal-Partenopei. Minkejja kollox, hu għad irid iġedded il-kuntratt tiegħu mal-Partenopei. Min-naħa tiegħu l-eks plejer ta’ Dinamo Batumi jrid salarju iktar attraenti u jkun qed japprova tiġdid fil-ftehim tiegħu.
Kvaratshkelia lagħab 80 logħba ma’ Napoli u skorja 28 gowl.