Sunday, December 22, 2024

Kian Gauci f’Genk biex jirrapreżenta lil Malta fil-FIA Karting Academy Trophy

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-sewwieq Malti tal-Karting Kian Gauci li għandu 14-il sena jinsab f’Genk fil-Belġju, jirrapreżenta il-Malta fil-FIA Karting Academy Trophy.

Fl-2020 l-Akkademja tal-Karting tal-FIA iċċelebrat l-10 Anniversarju tagħha. Il-FIA Karting Academy Trophy hija akkademja biex tiskopri atleti żgħażagħ li jista jkollom suċċess jew saħansitra jkunu l-istilel futuri tal-Motorsport.

Il-kunċett oriġinali tal-akkademja għadu rilevanti anka llum. Wieħed u ħamsin atleta żagħżugħ ta’ bejn it-12 u l-14-il sena minn madwar id-dinja jikkonfrontaw lil xulxin biex l-aqwa jkunu jistgħu jiġu nnutati u offruti karriera fil-Karting jew fil-Motorsport. Permezz tal-ASNs tagħhom, kull pajjiż jista’ jidħol fl-akbar tama tiegħu fit-Trofew tal-Akkademja. Il-FIA Karting Academy diġà pproduċiet tliet sewwieqa professjonali tal-Formula 1

L-eks champion tal-karting, kowċ u manager ta’ BRM Racing Team fl-Italja, il-Malti Gianluca Dingli jinsab Genk jassisti lil Gauci.

Ekonomija

Sport