Kienu bosta dawk li fl-aħħar sigħat spiċċaw imbikkma malli saru jafu li miet Wally Farrugia. Wally kien magħruf fil-lokalità tiegħu għall-imħabba li kellu lejn il-Partit Laburista tant li għal ħafna snin kien wieħed mill-attivisti ewlenin fil-lokalità fejn kien jgħix.
Wally kien persuna maħbuba minn ħafna. Saħansitra diversi ministri u membri parlamentari Laburisti urew id-dispjaċir tagħhom għall-mewt ta’ Wally.
Fost dawk li kkummentaw kien hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, li qisuh bħala ħabib sinċier li dejjem ra kif għamel biex jgħin lil ħaddieħor.