Thursday, May 16, 2024

“Kien hemm biss ftit ħin bejn il-mewt tagħhom”

Sorsi qrib l-investigazzjoni jikkonfermaw li l-iben u l-omm mietu mewta naturali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-inkjesta b’rabta mal-mewt ta’ iben u ommu f’Raħal Ġdid tlestiet u kkonfermat li huma mietu mewta naturali.

Sorsi qrib l-investigazzjoni kkonfermaw li l-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud tlestiet u minbarra li kien konfermat li ma kienx hemm suspett fil-mewt tagħhom, irriżulta wkoll li kien hemm ħin relattivament qasir bejn il-mewt tagħhom. Għalkemm mhux konfermata, qiegħed ikun maħsub li l-iben miet kawża ta’ nixfa (Dehydration) ftit qabel bl-omm titlef ħajjitha ftit wara bil-kawża tkun xokk qawwi b’reazzjoni għall-mewt ta’ binha.

Il-Pulizija sabet iż-żewġ katavri t-Tlieta li għadda u jidher li kien ilhom madwar jumejn bla ħajja.

Fost dawk li sellmu l-memorja tagħhom kien hemm is-Sindku ta’ Raħal Ġdid Domnic Grima li filwaqt li offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familja qal li l-ħajja tista’ tkun kiefra wisq f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

Sport