Saturday, December 21, 2024

“Kien hemm żmien meta ċ-ċavetta tal-kċina tal-istaff kienet fil-but ta’ priġunier” – Eks impjegata fil-ħabs

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem ġimgħat, opinjonisti u l-Oppożizzjoni fost persuni oħra talbu li d-Direttur tal-ħabs Alexander Dalli jerfa’ r-responsabbilità tas-sitwazzjoni f’Kordin u jirreżenja. Din it-talba ġabet magħha reazzjonijiet imħallta b’ħafna jaqblu u oħrajn jilmentaw li Dalli irnexxielu jaqbad il-barri minn qrunu u jwaqqaf l-abbużi fil-ħabs.

Dan is-sit tkellem ma’ eks impjegata fill-ħabs li ħadmet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għal numru ta’ snin u esperjenzat it-tmexxija ta’ numru ta’ diretturi li skontha “ma rnexxilhomx isaddu fil-kariga”.

Din l-eks impjegata li minħabba raġunijiet ta’ sigurtà xtaqet li tibqa’ anonima bdiet biex tispjegalna li l-Kurunell Dalli għalkemm jidher li hu bombastiku, fil-verità huwa bniedem li jmexxi bl-eżempju. Meta tinqala xi sitwazzjoni ta’ emerġenza, Dalli jkun hu ta’ quddiem li jinżel biex jikkontrolla s-sitwazzjoni.

YouTube video

Din il-persuna qalitilna li għal min jafu personalment lill-Kurunell jaf li hu se joffrilek l-id tal-ħbiberija u li jekk timxi id f’id miegħu mhu se jkollok l-ebda problema miegħu. “Għalih il-lealtà u l-ordni huma żewġ valuri importanti ħafna fit-tmexxija. Inutli tipprova taqbżu jew tmur kontra l-ordnijiet tal-post. Bien rajtu b’għajnejja jitkellem ma’ priġunieri u jistaqsihom kif inhuma u jekk jistax jgħinhom biex jirribiabilitaw ruħhom”, kompliet tgħid magħna.

Tkellimna magħha wkoll b’rabta ma’ allegazzjonijiet li fil-ħabs jeżistu vendikazzjonijiet kefrin ma’ ċertu priġunieri bħalma huma dawk li jispiċċaw fis-single rooms. Hawnhekk hija għamlitha ċara li hemm baħar jaqsam bejn vendikazzjoni u kastig. 

“Vendikazzjoni ssir bla raġuni, iżda kastigi fil-post wasslu biex ir-rebus li seta’ kien hemm qabel ġie kkontrollat. Permezz ta’ ċertu kastigi, priġunieri li qabel ma kinux jaħsbuha darbtejn biex jiksru r-regoli, llum lanqas tgħaddilhom minn moħħhom jipprovaw jagħmlu ċertu affarijiet. Fl-opinjoni tiegħi l-problema kienet qabel għax minflok tissejjaħ Faċilità Korrettiva, setgħet tissejjaħ Faċilità rebus għax dak li jkun ma kienx jiddarras jagħmel ċertu affarijiet. Illum il-ġurnata, il-fatt li ċertu armi nstabu biss ftit jiem mill-ewwel ġranet tat-tmexxija tal-Kurunell, il-priġunieri m’għadekx tarahom jivvintaw dawk l-armi li kont issibilhom qabel fejn minn sempliċi vit magħrbut ma’ biċċa njama tarahom jivvintaw kif ikunu perikolużi”, tkompli l-eks impjegata.

Fakkret li tajjeb li l-uffiċjali jingħataw il-leħen tagħhom ukoll u li sfortunatament dawn mhux l-ewwel darba li jispiċċaw fil-mira ta’ ċertu diskors u tagħjir li ċertament mhuwiex aċċettabbli f’Faċilità Korrettiva bħalma hija dik ta’ Kordin. Huwa dan l-atteġġjament li jara numru ta’ priġunieri li jispiċċaw jirċievu sanzjonijiet bħalma hija s-single room u li jekk ma jkunx hekk, id-Direttur ikun qiegħed imur lura għall-messaġġ li din l-imġiba hija aċċettata fil-post; xi ħaġa li tkun qiegħda tkisser id-dinjità u l-professjoni tal-gwardjani.

“Ma naħsibx li toffri ikel speċifiku lill-Musulmani huwa diskriminazzjoni lejhom”

Staqsejnieha dwar jekk fl-esperjenza tagħha fil-ħabs qattx innutat xi forma ta’ diskriminazzjoni bejn il-Maltin u l-barranin. 

“Tajjeb li nagħmilha ċara li jiena ma kontx inkun fiċ-ċelel għax mhux dak kien xogħli imma rigward l-allegazzjonijiet li l-gwardjani jimxu bi ħdura mal-priġunieri ta’ karnaġġjon skur sempliċiment minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom mhux biss ma nemminx li hija veritiera, iżda hemm aktar xi nżid. Il-Musulmani tħallew jingħataw l-ikel Halal; ikel li huwa fatt magħruf li huwa aktar għali minn ikel normali. Din żgur mhux ingustizzja lejn dawk ta’ reliġjon Musulmana anzi din turi kemm il-Kurunell għażel li jikkopera ma’ dawn in-nies mingħajr ma’ fil-verità ghandhom dritt għalih la qed jiskontaw sentenza ġo pajjiż Kattoliku”, wieġbet tgħidilna.

“Kellek klikka ta’ priġunieri li kienu jmexxu”

L-eks impjegata, b’numru ta’ snin fil-ħabs setgħet tqabbel bejn it-tmexxija tal-ħabs fl-amministrazzjoni preċedenti u ftit tas-snin ilu taħt it-tmexxija tal-Kurunell Dalli. Spjegat magħna li llum il-ġurnata, wieħed lanqas joħloq li jaċċessa ċertu postijiet fil-ħabs, iżda qabel il-post kien qisu lukanda.

YouTube video

“Jien kont naħdem fl-amministrazzjoni u kellna qisha kċina żgħira għall-istaff. Kellna friġġ żgħira u ċ-ċwievet ta’ din il-kċina kienu jinżammu minn priġunier partikolari li kellu ċertu privileġġi. Dan il-mara kienet ġġiblu xi affarijiet waqt l-ispecial visits u kien jagħmilhom hemmhekk biex ma jaqsamhomx ma’ priġunieri oħrajn. Minħabba din ir-raġuni l-istaff kien ikollu jagħmel ħin mingħajr l-aċċess ta’ din il-kċina minħabba li l-priġunier ikun jistenna biex isir il-ħin li tinfetaħlu ċ-ċella. Kellek priġunier li kellu s-saħħa li tmur għandu biex jagħmillek appuntament mad-Direttur tal-ħabs u jirranġa biex jinstab appuntament bejn it-tnejn. Barra minn hekk kellek żmien fejn priġunier partikolari kellu l-aċċess għal board rooom biex minflok il-post indikat għall-ispecial visits, juża lilha u jagħmel l-isbaħ sagħtejn mas-sieħba tiegħu hemmhekk. Kif jillesti kollox lura għan-normal qisu qatt ma kien xejn. Allura din hija t-tmexxija tal-ħabs li jixtiequ jerġgħu jaraw fil-post?” Temmet tistaqsi ma’ dan il-ġurnal b’ton ta’ diżappunt.

L-intervista tkompli…

Ekonomija

Sport