Saturday, May 4, 2024

Manchester United jagħmlu offerta għal Marcelo Brozovic f’Jannar?

Aqra wkoll

Manchester United jistgħu jagħmlu offerta għall-midfielder ta’ Inter, Marcelo Brozovic, waqt it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Ir-Red Devils żiedu l-iskwadra tagħhom matul is-sajf bl-iffirmar ta’ Tom Heaton, Jadon Sancho, Raphael Varane u Cristiano Ronaldo, iżda l-club m’akkwsitax midfielder ġdid minkejja li l-manager Ole Gunnar Solskjaer jidher li kien ħerqan li jsaħħaħ l-għażliet tiegħu f’nofs il-ground.

Man United jistgħu jidħol fis-suq f’Jannar għal midfielder ċentrali, u Brozovic huwa għażla potenzjali għar-Red Devils.

Il-player internazzjonali tal-Kroazja jibqa’ player ewlieni għal Inter, iżda l-kuntratt tiegħu għandu jiskadi fis-sajf li ġej, li jfisser li jista’ jkun disponibbli għal somma bi prezz imnaqqas f’nofs l-istaġun.

Il-player ta’ 28 sena deher fiż-żewġ logħbiet tas-Serie A tat-team tiegħu f’dan l-istaġun, filwaqt li għamel total ta’ 244 dehra għall-club minn meta ngħaqad man-Nerazzurri mingħand Dinamo Zagreb f’Lulju 2016.

Man United ukoll ikomplu jkunu marbuta ma’ Declan Rice iżda jistgħu jkunu mġiegħla jħallsu madwar £100 miljun  għall-midfielder ta’ West Ham United jekk jixtiequ jiffirmawh.

Sport