Sunday, December 22, 2024

“Kien jgħin ħafna nies mingħajr daqq ta’ trombi”

Imut Joseph Azzopardi - l-Atleta Għawdxi

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat ma’ Għawdex kollu ġriet l-aħbar li kien ħalla din id-dinja Joseph Azzopardi – jew kif kien magħruf aħjar “in-Nemeris”

Azzopardi miet wara marda twila li ħakmitu, iżda minkejja dan xorta waħda baqa’ bit-tbissima fuq wiċċu.

Hu kien wieħed mill-atleti Għawdxin. Hu kien jiġri mat-tim Athletix A.C- Gozo. F’kummenti li tellgħu fuq il-midja soċjali t-tim Athletix A.C- Gozo kitbu li wieħed mill-atleti tagħhom telaq għal ħajja aħjar. “Se jħalli vojt kbir fost dawk li xi darba jew oħra kellhom il-privileġġ u l-unur li jiġru miegħu.”

Kitbu li hu kien jgħin ħafna nies mingħajr daqq ta’ trombi. “Għażiż Joseph se tibqa’ f’qalbna għal dejjem”.

Ekonomija

Sport