Friday, December 13, 2024

“Kien privileġġ li naqsam l-esperjenza ma’ atleti Maltin… il-futur tal-OCR f’Malta jidher tajjeb ħafna”

Iċ-Champion tad-Dinja u l-Atleta tad-Red Bull Thomas Von Tonder

Aqra wkoll

Iċ-Champion tad-Dinja u l-Atleta tad-Red Bull Thomas Von Tonder ġie Malta mill-Afrika t’Isfel għat-tieni darba f’xahar biex jipprepara lit-tim tiegħu għal The Grid Main Event.

Darren Borg, Marko Nikolic, Kyle Darmanin, Richard Grioli, Saviour Bonnici, Gerth Bajada, Ian Cremona u Kurt Camenzuli kienu parti minn #TeamThomas wara li ntgħażlu minn Thomas innifsu għal din l-attività.

It-tim għadda minn bootcamp speċjalizzat qabel l-avveniment u kiseb riżultati individwali tajbin ħafna f’The Grid ta’ nhar il-Ħadd. Kyle Darmanin ġie fit-tieni post u Kurt Camenzuli kien ir-runner up fil-kategorija 16-29.

Thomas Van Tonder kien kuntent ħafna bil-prestazzjoni tat-tim tiegħu: “It-tim wera progressjoni u grinta mill-aqwa minn meta ntgħażel sa jum it-tellieqa. Kull atleta ta dak kollu li jista’ fit-tellieqa, uħud minnhom taw l-aqwa prestazzjoni personali. Jien kburi ħafna bihom kollha għall-impenn sħiħ tagħhom għall-boot camp #TeamThomas.”

Kompla jitkellem dwar The Grid u l-OCR f’Malta u qal li l-bootcamp #TeamThomas kienet esperjenza mill-isbaħ.

“Kien ta’ privileġġ li naqsam l-esperjenza tiegħi tal-OCR ma’ atleti tal-OCR Maltin, klabbs u l-komunità u li narahom jikbru. Il-komunità tal-OCR f’Malta hi waħda impressjonanti u l-futur tal-OCR f’Malta jidher wieħed tajjeb ħafna”, kompla Van Tonder. 

OCR Champion Dinjija oħra se tiġi Malta fil-ġimgħat li ġejjin. Din id-darba, Ida Mathilde Steensgaard, u se tkun qed tagħżel it-tim feminnili tagħha bi preparazzjoni għall-avveniment il-ġdid ta’ The Grid f’Lulju.

Għad fadal xi postijiet għal avveniment tas-selezzjoni u l-atleti li huma interessati jistgħu japplikaw fuq thegridmalta.com.

Ekonomija

Sport