Tuesday, February 17, 2026

Kien qed jiġi bbuljat l-iskola għax kellu xagħaru twil … qaxxar xagħar u tah lit-tfal bil-kanċer

Aqra wkoll

Għal sentejn sħaħ, Christian ta’ 10 snin issaporta ġranet ta’ bullying. Fil-kuritur, bosta studenti kienu jgħajjruh li jidher qisu tifla. Saħansitra bosta kienu dawk li qalulu sabiex jaqta’ xagħaru.

Christian qatt ma argumenta. Kellu missjoni sigrieta. Ilbieraħ, daħal għand il-barbier u bi kburija qallu sabiex jaqtgħu. Christian kien se jagħti 12-il pulzier ta’ xagħar lil “Wigs for Kids,” organizzazzjoni għat-tfal li tilfu xagħarhom minħabba l-kanċer.

F’kumment li ta, Christian qal li ma ġara xejn għalih imbilli qala t-tgħajjir. Fisser li l-iktar ħaġa importanti għalih hi li jgħin lit-tfal morda li m’għandhomx xagħar u li kultant jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport