Thursday, July 17, 2025

‘Kienet esperjenza mill-isbaħ nirrapreżenta lil pajjiżi f’Kampjonat Ewropew fejn irnexxielna nibqgħu fl-ewwel 14 tal-Ewropa’ – Matthew Soler

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo?

L-imħabba tiegħi lejn il-waterpolo bdiet meta kont żghir u missieri John Soler kien għadu jilgħab.

Ħa mmur dritt għall-punt. Iddeskrivi l-esperjenza riċenti tiegħek mat-Tim Nazzjonali ta’ Malta U16 fil-Kampjonati Ewropej fit-Turkija.

Kienet esperjenza mill-isbaħ nirrapreżenta lil pajjiżi f’Kampjonat Ewropew fejn irnexxielna nibqgħu fl-ewwel 14 tal-Ewropa.

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek s’issa mas-Sliema ASC u kif qed tħares ’il quddiem lejn il-kumplament ta’ dan l-istaġun.

Mas-Sliema għaddej tajjeb ħafna … irbaħna l-Kampjonat ta’ taħt l-20 sena u qed nisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat ta’ taħt is-16-il sena.

Tikkunsidra li tilgħab mat-tim nazzjonali tal-kbar fil-futur?

Iva, nispera li ful-futur nilgħab man-nazzjonal tal-kbar bħalma lagħab missieri.

X’tikkummenta dwar ir-riżorsi li fihom titħarrġu u tilagħbu f’Malta?

Ir-riżorsi li għandna f’Malta huma tajbin daqs tal-pajjiżi barranin.

X’sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo?

Hemm ħafna sagrifiċċji u dedikażżjoni għat-taħriġ u għall-kompetizzjonijiet biex tkun tista’ tilgħab fl-ogħla livell.

Kif jirnexxeilek tlaħħaq mal-istudji tiegħek u mal-waterpolo?

Trid tkun dixxiplinat ħafna biex tlaħħaq ma’ kollox!

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo kemm domestikament kif ukoll mat-Tim Nazzjonali?

Nispera li jirnexxieli nilgħab fl-ogħla livell possibli u li nkompli jkolli sodisfazzjon l-iktar possibli.

Għaddi messaġġ finali lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jjibdew jilagħbu l-waterpolo.

Inħeġġiġhom jibdew dan l-isport għax huwa ta’ sodidfazzjon u dixxiplina kbira li tgħinek fil-futur tiegħek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport