Tuesday, April 30, 2024

Kienet fetħet qalbha ma’ bintha u qaltilha li Abina kien jixrob u jsawwatha

Aqra wkoll

Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Lawrence Abina, ir-raġel li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu Rita Ellul f’appartament f’Għajnsiem, bint Rita Ellul qalet li f’Novembru ta’ sentejn ilu ommha kienet fetħet qalbha magħha fejn kienet qaltilna li s-sieħeb tagħha Abina kien jixrob u meta jmur lura d-dar kien ukoll issawatha.

“Kien qabad u telaq ħabta u sabta mid-dar u meta jien stess ffaċjajt lil Abina, bażikament qalli li aħjar hekk milli nispiċċa nsawwatha.”

Matul is-seduta tal-lum xehdu diversi persuni fosthom infermiera, Pulizija u tabib.

Waqt l-interogazzjoni Abina ammetta li wettaq il-qtil iżda fil-Qorti qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. 

Fix-xhieda tagħha Francel Sultana, infermiera fid-Dipartiment tal-Emerġenza qalet li kienu rċevew telefonata fil-12.15pm fil-jum li seħħ l-inċident, li kellhom bżonn l-assistenza tagħhom f’Għajnsielem. Qalet li marret fir-residenza u sabet persuna mingħajr sinjal ta’ ħajja.

Xehdet li ċemplet lill-Pulizija peress li dak huwa l-protocol li l-frontliners iridu jagħmlu f’każijiet simili.

Fix-xhieda tiegħu t-tabib Carmel Camilleri wkoll mid-Dipartiment tal-Emerġenza, qal li kien infurmat mill-kollegi tiegħu li kienu sabu pazjenta mejta u mar fuq il-post xi tliet minuti wara. 

Xehed kif min kien talab għall-assistenza kien ukoll jinsab fuq il-post u żied jgħid li ddetermina li l-vittma kienet ilha mejta għal xi ftit sigħat.

Il-kumpilazzjoni se tkompli fid-29 ta’ April li ġej.

Sport