Thursday, April 18, 2024

L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL jiddeċiedi dwar l-elezzjonijiet każwali

Aqra wkoll

Fl-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista b’mod konġunt mal- Grupp Parlamentari wara l-elezzjoni ġenerali, ġie skattat il-proċess li bih jiġi deċiż liema distretti jiġu vakanti f’każ li Membri Parlamentari jkunu eletti  minn żewġ distretti. 

B’voti sigrieta waqt din il-laqgħa, ġie deċiż li:

Il-Prim Ministru Robert Abela ġie elett mit-tieni u l-ħames distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mill-ħames distrett.

Chris Fearne ġie elett mit-tielet u r-raba’ distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mir-raba’ distrett.

Clyde Caruana ġie elett mit-tieni u t-tmien distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mit-tieni distrett.

Owen Bonnici ġie elett mit-tielet u l-ħames distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mit-tielet distrett.

Ian Borg ġie elett mis-sitta u s-seba’ distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mis-sitt distrett.

Silvio Schembri ġie elett mis-sitta u s-seba’ distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mis-seba’distrett.

Clifton Grima ġie elett mid-disa’ u l-għaxar distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mid-disa’ distrett.

Miriam Dalli ġiet eletta mill-ħames u l-ħdax-il distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mill-ħdax distrett.

Michael Falzon ġie elett mid-disa’ u l-għaxar distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mid-disa’ distrett.

Aqra iktar:

https://talk.mt/onorat-li-fdawni-biex-inkun-parti-mill-grupp-parlamentari-randolph-debattista/
Ekonomija

Sport