Wednesday, July 24, 2024

‘Kienet l-ewwel darba li ġejt Malta u kont sorpriża bis-sbuħija ta’ din il-Gżira’ – Ilaria Dalla Costa

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Captain tat-tim nazzjoanli Taljan tan-nisa tal-handball, u viċi-captain taċ-champions Taljani, Jomi Salerno. Matul is-sena li għaddiet, ġiet ivvutata bħala l-aqwa plejer fl-Italja.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-handball?

Bdejt nilgħab il-handball fl-iskejjel elementari kollha, għax fil-belt tal-oriġini tiegħi, huwa sport prattikat ħafna.

Taħseb li bħala tim ta’ Jomi Salerno, tistgħu terġgħu tirbħu l-Kampjonat Taljan?

It-tim tiegħi nbidel ħafna mis-sena li għaddiet, iżda nemmen li jekk nibqgħu naħdmu tajjeb kif qed nagħmlu bħalissa, nistgħu nirbħu mill-ġdid il-kampjonat.

U l-mixja tagħkom fl-Ewropa?

Fl-Ewropa nittamaw li nkomplu din ix-xejra ta’ rebħ … għalina tkun xi ħaġa meraviljuża!

X’unur u responsabbiltá tħoss li int proprju l-captain tat-tim nazzjonali Taljan tan-nisa tal-handball?

Li tkun captain tal-Italja huwa unur u wkoll responsabbiltà, naħseb li hija l-ħolma ta’ kull atleta li jilbes il-flokk nazzjonali ta’ pajjiżu u dejjem kuntenta li nagħmel dan.

X’tikkummenta fuq Malta u fuq il-court li lgħabtu fih fl-Universitá f’Tal-Qroqq?

Kienet l-ewwel darba li ġejt Malta u kont sorpriża bis-sbuħija ta’ din il-gżira. Anke l-istruttura fejn lgħabna hija sabiħa ħafna u b’tant pubbliku li ġie jsegwina. Anke jekk il-livell mhux għoli ħafna, stajt napprezza li huwa sport popolari ħafna f’Malta.

Għaddi messaġġ finali lil dawk it tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-handball.

Nagħti parir lit-tfal u ż-żgħażagħ kollha biex jibdew jilagħbu l-handball, għax huwa sport spettakolari, fejn jiġu kkreati ħbiberiji u memorji li jibqgħu miegħek tul ħajtek kollha!

Ekonomija

Sport