Wednesday, October 9, 2024

‘Kienet sfida sabiħa u fl-aħħar mill-aħħar kont sodisfatta mmens bil-wirja’ – Dawn Desira

Aqra wkoll

Suċċess ieħor għall-kantanta żagħżugħa Dawn Desira li rebħet kompetizzjoni internazzjonali tal-kant ġewwa l-Maċedonja. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Dawn innifisha fejn tana iktar dettalji.

“Kienet esperjenza oħra mill-isbaħ din id-darba ġewwa Struga l-Maċedonja. Fil- kompetizzjoni li ġabet l-isem ta’ Lake Pearls ħadu sehem mal-40 kantant fosthom Maltin. Kien mument emozzjonali li nerġa’ nitla’ bħala rebbieħa fuq il- palk b’diska li kien meħtieġ ħafna preparazzjoni għaliha.”

“Ma kinitx diska faċli peró kienet sfida sabiħa u fl-aħħar mill-aħħar kont sodisfatta mmens bil-wirja. Grazzi lill-kowċ tiegħi Gillian Attard, Jake Cuschieri li tela’ bħala head of delegation minn La Voix Studios u li emmen fina kollha, lil sħabi li qsamna din l-esperjenza flimkien u lil dawk kollha li kienu warajja b’xi mod jew ieħor! Inkomplu naħdmu għal li jmiss!”

Sport