Wednesday, April 24, 2024

“Kienet tkun lesta bl-injama f’idha u jekk kien ikollok l-uniformi maħmuġa, lesti ruħek biex taqla’ d-daqqiet”

Żewġ nisa b’rakkonti ta’ swat li kienu jaqilgħu minn soru f’istitut f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Żewġ nisa rrakkontaw l-esperjenza tagħhom ta’ abbuż kontinwu meta kienu għadhom tfal, liema abbuż allegatament kien qiegħed isir f’Lourdes Home, f’Għajnsielem, Għawdex. 

F’kawża kostituzzjonali quddiem l-Imħallef Mark Simiana, in-nisa xehdu kif huma kienu jiġu msawta għal xejn b’xejn minn soru partikolari. Waħda mill-allegati vittmi qalet li meta għalqet sitt snin ħajjitha nbidlet ta’ taħt fuq. 

Spjegat kif is-sisters kienu nbidlu u kienet ġiet soru partikolari li ddeskrivietha bħala “monstru u kattiva”. Tgħid li sofriet ħafna ma’ din is-soru. “Niftakar li wara li konna niġu mill-iskola, hi kienet tkun wara l-bieb lesta bl-injama f’idha u jekk kien ikollok l-uniformi maħmuġa, lesti ruħek biex taqla’ d-daqqiet,” qalet ix-xhud. 

Tgħid li b’kollox kienu 50 it-tfal u kien hemm żewġ sorijiet ma’ kull grupp. Qalet li darba ġiet imqabbda taħsel il-kalzetti ta’ 14-il tifel u tifla u allegatament ġieli kienet tispiċċa msawta mingħajr ebda raġuni. 

Ix-xhud qalet ukoll li kien hemm qassis li kien jiġi jqarar u darba minnhom niżlet tqerr u l-qassis allegatament ħareġ il-parti ġenitali tiegħu. Allegat ukoll li dan il-qassis prova wkoll imissha.

Żiedet tgħid li ta’ tifla kwieta kienet iżżomm lura ħafna waqt li s-soru kienet kontinwament issawwatha u tgħajjarha. 

Xhud ieħor kienet mara li llum għandha 51 sena. Tgħid li fl-istitut magħha kien hemm ħutha iżda ma kellhiex idea tagħhom għax kellhom kunjom differenti. Qalet li s-soru kienet ġieli kaxkritha 22 tarġa u r-raġuni għalha għadha ma tafhiex sal-lum. 

Sport