Wednesday, February 18, 2026

Kienu jsegwuha waqt li tiġbru mill-iskola u anke meta tmur tixtri

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tgħid li ġara li meta l-minuri beda jattendi Skola Sajf fil-lokalità fejn kienet tgħix l-omm, il-missier waqqaf lill-minuri milli jagħmel dan f’dik il-lokalità. It-tifel kien ħadha kontra l-omm tant li kellha tieħdu l-iskola biex ikellmuh huma. 

Qabel il-minuri ġie trasferit fl-iskola tal-lokalità tal-omm, il-familja tal-missier u anke hu kienu jmorru jiltaqghu mal-minuri barra l-iskola u joqogħdu jżommuh bid-diskors, minkejja li l-omm kienet tkun trid tingabar lura d-dar. Kemm-il darba waqt li tmur tixtri, kienu jmorru warajha u kienu jispiċċaw jinqalgħu ħafna argumenti. 

L-omm tgħid li kien hemm ġranet tal-aċċess li fihom il-minuri rritorna lura bil-homework mhux lest. It-tifel ingħata l-struzzjonijiet mill-missier illi lill-għalliema jgħidilha li ommu ma riditx tgħinu. 

Kien hemm ġurnata fejn it-tifel stess qalilha li kien qiegħed jintefa’ mal-art biex ikollu t-tbenġil u jgħid lill-missier li kienet sawtitu hi. Infatti meta mar għand missieru, dan ħadu jagħmel rapport għand il-Pulizija iżda l-Pulizija sabu l-verżjoni tat-tifel bħala waħda inkonsistenti. Meta ppruvat iżżomm jew tgħallem lit-tifel u ma ttihx kull ma jkun irid, il-minuri kien jgħidilha li issa jagħtihulu missieru għax dal kien jixtrilu kull ma jrid u jħallih jagħmel li jrid. 

It-tifel jgħajjar lil omm u lill-familjari tagħha

Wara l-aċċess, il-minuri kien jgħajjar kemm lill-omm kif ukoll lill-ġenituri tagħha u jgħid diskors li mhux adattat għall-età tiegħu bħal per eżempju, li tibagħtu l-football biex hi jkollha l-ħin tiltaqa’ ma’ rġiel oħra. 

L-omm tgħid ukoll li fl-ewwel ġurnata tal-iskola l-ġdida fil-lokalità tal-omm, ġiet mgħarrfa li l-missier kien mar ikellem lill-Kap tal-Iskola u qalilha li l-omm biss tista’ tiġbor lill-minuri, u ħadd ieħor mill-familja tagħha. Dan biex l-omm jkollha titlaq siegħa kmieni mix-xogħol tagħha, bir-riskju għat-telf tal-post tax-xogħol tagħha.  

Tkompli tgħid li kien il-minuri stess li kien esprima x-xewqa li jibda jattendi l-hockey fl-iskola tiegħu stess iżda wara l-ħin. Il-coach ma kellux problema la darba l-hin kien waqt il-ħin mal-omm. Meta l-missier sar jaf, niżel l-iskola, daħal jgħajjat ġol-grawnd u ġiegħel lit-tifel jpoġġi bilqiegħda ħdejh u joqgħod jara lill-oħrajn jitħarrġu. 

L-omm ippreżentat ritratti u filmati sabiex tissostanzjalizza d-dikjarazzjoni tagħha illi kemm-il darba toħroġ bit-tifel u ssib lil missier jew ipparkjat fil-viċinanzi tagħhom jew isegwihom. Spjegat li meta t-tifel beda jattendi l-iskola tal- lokalità tagħha, hi għamlet sena ma tistax taħdem l-ewwel siegħa u l-aħħar siegħa tax-xogħol tagħha minħabba li l-missier ma tax il-kunsens tiegħu biex il-ġenituri tagħha jwasslu u jiġbru lill-minuri mill-iskola. 

Ara wkoll: Pika sfrenata bejn omm u missier… ħsara kbira fuq binhom li spiċċa b’rabja kbira u ansjetà lejn ommu


ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport