Friday, December 27, 2024

“Kif rani f’dak l-istat waqaf biex jikkalmani, saq quddiemi u għeni mill-aħjar li seta’”

Aqra wkoll

Bit-temperaturi jkomplu jogħlew, u l-inċidenti tat-traffiku reġistrati huma li huma, il-konġestjoni tat-traffiku ftit li xejn tgħin fl-andament tal-ġurnata.

Fost ringrazzjamenti lil uffiċjali bħalma huma l-pulizija u dawk mis-sezzjoni tat-traffiku, fost l-aktar riċenti kien hemm dak ta’ uffiċjal ta’ Transport Malta li ġie mfaħħar għal mod ta’ kif għen sewwieq li saħnitlu l-karozza waqt li kien maqbud f’konġestjoni tat-traffiku.

Is-sewwieq qal kif f’mument ta’ paniku hekk kif lemaħ id-duħħan min-naħa ta’ quddiem tal-karozza, waqqaf minnufih mal-ġenb fejn izerta ġie fuq waqfa tal-karozzi tal-linja. Kompla biex jgħid li minnufih kien se jinħoloq aktar kaos hekk kif din il-waqfa fil-Furjana jgħaddu ħafna karozzi tal-linja minn quddiemha. B’xorti tajba feġġ mutur ta’ Transport Malta li waqaf biex jara x’kien inqala.

“Malli rani f’dak l-istat qalli biex nikkalma u wara li dderiġa t-traffiku hu għal xi ftit minuti, qalli biex nsegwi l-mutur tiegħu sal-eqreb parkeġġ fiż-żona. Il-karozzi ftit li xejn ikkoperaw u saħansitra kellu jixgħel is-sireni biex inkun nista’ nsegwih”, spjega s-sewwieq.

Huwa kompla biex jirringrazzja lill-uffiċjal li baqa’ miegħu sakemm kellu l-karozza f’post sigur mingħajr ma kien qiegħed jostakola lil ħadd.

Ekonomija

Sport