Hekk kif nhar it-Tlieta ntlagħab l-aħħar programm tas-sitt u l-aħħar ġurnata tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Nations League, issa l-kwadru ta’ kull kampjonat huwa komplet.
Hawnhekk jidher il-format tal-kwarti-finali u tal-play-offs meta nhar il-Ġimgħa se jittellgħu l-poloz, f’Nyon, l-Isvizzera
Min jista’ jiltaqa’ ma’ min fil-kwarti tal-finali tal-League A?
L-erba’ rebbieħa tal-gruppi ta’ League A se jkunu seeded u se jiltaqgħu ma’ wieħed mit-timijiet li spiċċaw fit-tieni post fi grupp differenti. Dan ifisser li żewġ timijiet li kienu fl-istess grupp ma jistgħux jiltaqgħu kontra xulxin fil-kwarti tal-finali.
Din hija l-klassifika finali tal-gruppi:
– A1: Franza (1), Belġju (2)
– A2: Ġermanja (1), Olanda (2)
– A3: Ingilterra (1), Spanja (2)
– A4: Portugall (1), Norveġja (2)
L-avversarji possibbli jkunu:
– Ingilterra kontra l-Belġju, l-Olanda jew in-Norveġja.
– Franza kontra l-Olanda, Spanja jew in-Norveġja.
– Ġermanja kontra l-Belġju, Spanja jew in-Norveġja.
– Portugall kontra l-Belġju, l-Olanda jew Spanja.
It-tieni leg ta’ kull konfront jintlagħab fil-ground tat-tim li jkun seeded.
Min jista’ jiltaqa’ ma’ min fil-play-offs tal-League A/B?
Uħud mit-timijiet li jkunu spiċċaw fl-aħħar postijiet tal-League A jkunu f’riskju ta’ relegazzjoni. Madankollu, huma jitilfu posthom fil-League A biss jekk jiġu megħluba fuq żewġ legs minn team li jkun spiċċa fit-tieni post fil-League B.
Bħal fil-każ tal-kwarti-finali ta’ League A, it-team bl-ogħla klassifikazzjoni jkun seeded u jilgħab it-tieni leg f’daru.
L-ewwel leg jintlagħab nhar il-Ħamis 25 ta’ Marzu 2027, filwaqt li t-tieni leg jintlagħab nhar il-Ħadd 28 ta’ Marzu 2027.
Parteċipanti ta’ League A
– Kroazja, Danimarka, Serbja, Wales
Parteċipanti ta’ League B
– Bosnja Herzegovina, Ungerija, Irlanda, Slovenja
Kull team minn League A jista’ jiltaqa’ kontra kwalunkwe wieħed mill-erba’ timijiet ta’ League B. Dan ifisser li hemm 16-il kombinazzjoni possibbli.
Min jista’ jiltaqa’ ma’ min fil-play-offs tal-League B/C?
Il-play-offs għall-promozzjoni u r-relegazzjoni bejn League B u League C jintlagħbu fl-istess dati u bl-istess format bħal dawk bejn League A u League B.
Parteċipanti ta’ League B
– Georgia, Iżrael, Maċedonja, Rumanija
Parteċipanti League C
– Belarus, Ċipru, Estonja, Faroe Islands
Kull team ta’ League B jista’ jiltaqa’ kontra kwalunkwe wieħed mill-erba’ timijiet ta’ League C, u dan joħloq total ta’ 16-il konfront possibbli.
Għaliex mhux se jkun hemm play-offs bejn il-League C u l-League D fl-2027?
Il-UEFA Nations League se tgħaddi minn riforma għall-istaġun 2028/29. Bħala parti minn din il-bidla, League D, li bħalissa huwa magħmul minn sitt timijiet, se titneħħa kompletament.
Minflok, se jkun hemm dawn il-bidliet:
– League A se jikber minn 16 għal 18-il team.
– League B se jikber minn 16 għal 18-il team.
– League C se jikber minn 16 għal 18-il team.
– L-54 assoċjazzjoni membru tal-UEFA se jitqassmu bejn dawn it-tliet diviżjonijiet.
Fi tmiem l-edizzjoni tal-UEFA Nations League 2026/27, it-timijiet kollha se jingħataw klassifika finali ġenerali, li tiddetermina f’liema diviżjoni se jikkompetu fl-edizzjoni li jmiss.
– L-aqwa 18-il team se jikkompetu f’League A.
– It-18-il team ta’ warajhom se jikkompetu f’League B.
– It-18-il team li jifdal se jifformaw League C.
Peress li League D se jitneħħa, mhux se jkun hemm bżonn ta’ play-offs bejn League C u League D.
Barra minn hekk, il-Greċja u l-Italja diġà aċċertaw post-hom f’League A, flimkien mat-tmien timijiet li kkwalifikaw għall-kwarti-finali u t-tmien rebbieħa tal-play-offs bejn League A u League B.




