Saturday, December 21, 2024

KIF TISTA’ TIEĦU ĦSIEB XAGĦAR ŻEJTNI?

Aqra wkoll

Huwa fatt magħruf illi fix-xitwa, il-kesħa jaf toħloq żbilanċ iktar qawwi f’ċerti kundizzjonijiet li wieħed ikun normalment diġà qiegħed ibati bihom matul is-sena, bħall-ġilda u xagħar xotti jew żejtnin.

F’każ fejn il-problema tkun ġilda jew xagħar żejtni estrem, dan ikun qed jiġri għaliex iktar żejt, jew aħjar serum, ikun qed jiġi prodott mill-glandoli “sebaceous”.

Dan iż-żejt normalment jintuża sabiex wieħed jitlef inqas ilma minn ġismu, jipprevjeni infezzjonijiet, speċjalment minn bakterji u fungi, u jifforma wkoll parti mill-produzzjoni tal-għaraq. Dan iż-żejt jgħin ukoll sabiex wieħed ikun jista’ jżomm temperatura tajba ta’ ġismu; għaldaqstant fix-xitwa, jista’ jkun illi iktar żejt ikun qed jiġi prodott sabiex wieħed iżomm f’livell adekwat is-sħana tal-ġisem.

Ikollok żejt eċċessiv f’xagħrek?

  • Uża shampoo apposta li jnaddaf sew il-qurriegħa minn kull tip ta’ żejt żejjed.
  • Ogħrok xagħrek sew għall-darbtejn, bix-“shampoo”. Idealment, dan jitħalla jaħdem għal madwar żewġ minuti, qabel ma jitlaħlaħ bl-ilma.
  • Ammont żgħir ta’ conditioner xorta jista’ jintuża minn min għandu xagħar żejtni.
  • Taħsilx xagħrek b’misħun qawwi, ħalli l-pori ma jibqgħux miżdudin, u nevitaw ukoll it-telf ta’ xagħar, kaġun ta’ nuqqas ta’ arja li tkun għaddejja mill-pori.
  • Applika prodotti apposta kontra d-danni mis-sħana żejda, meta tkun se tuża xi tip ta’ apparat li jarmi s-sħana biex tagħmel xagħrek, bħall-hair straightener jew curling iron.
  • Prodotti oħra, bħall-serums tax-xagħar għandhom jiġu applikati f’inqas ammonti, fit-truf tax-xagħar biss.

Jekk tixtieq issegwi l-blogg ta’ Dr Georgiana Farrugia Bonnici, tista’ tagħmel dan billi tagħmel like fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD×

Ekonomija

Sport