Monday, April 29, 2024

3,000 pedofelu fil-Knisja Kattolika Franċiża sa mis-snin ħamsin

Aqra wkoll

Il-Kap ta’ Kummissjoni Indipendenti li qed tinvestiga abbużi sesswali fuq tfal minn membru tal-kleru tal-Knisja Kattolika fi Franza għamel dikjarazzjoni xokkanti fl-aħħar sigħat. Dan hekk kif hu qal li kien hemm madwar 3,000 pedofelu li operaw f’din l-istituzzjoni sa mis-snin ħamsin.

Jean Marc Sauve, il-Kap tal-Kummissjoni Indipendenti għamel din id-dikjarazzjoni ftit jiem biss qabel ikun ippubblikat ir-rapport tal-Kummissjoni. Din il-Kummissjoni investigat bejn 2,900 u 3,200 qassis pedofelu jew membri oħra tal-kleru. 

Ir-rapport li fih madwar 250 paġna ibbaża l-konklużjonijiet tiegħu fuq informazzjoni mill-knejjes, qrati u arkivji tal-Pulizija kif ukoll intervisti ma’ xhieda.

Il-Kummissjoni hi magħmula minn 22 professjonist legali, tobba, storiċi, soċjologi u teologi. Il-Kummissjoni kienet twaqqfet fis-sena 2018, meta l-Papa Franġisku kien għamel enfasi biex persuni li jafu b’abbuż jew sofrew abbuż fil-knisja jew minn membri tal-knisja, jirrappurtaw dan.

Sport