Monday, May 13, 2024

Ara: L-għoli tal-ħajja… isejjaħ għal mekkaniżmu differenti mill-COLA għal min jiflaħ l-inqas

Aqra wkoll

Waqt il-laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit li saret ilbieraħ, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana tkellem dwar diversi suġġetti fejn fost l-oħrajn sejjaħ għal mekkaniżmu ġdid b’kumpens mill-Gvern għal min jiflaħ l-inqas.

Huwa qal: “Wasal iż-żmien f’dan il-pajjiż li jkun hemm mekkaniżmu, ma jkunx il-mekkaniżmu tal-COLA, jiġifieri l-mekkaniżmu li għandna llum, imma jrid ikun mekkaniżmu ġdid illi jibda jaħdem meta jkollna ċirkostanzi bħal t’issa, meta l-inflazzjoni tkun żdiedet b’tali mod u manjiera li jibda jaqta’ fil-laħam il-ħaj.”

F’dan ir-rigward huwa qal li l-kumpens li jagħti l-Gvern irid imur lejn l-anqas li jifilħu fis-soċjetà.

YouTube video

Sport