Tuesday, May 14, 2024

Koas kbir f’ajruport Iżraeljan ikkawżat mill-preżenza ta’ bomba

Aqra wkoll

Kaos kbir ħakem fl-ajruport t’Iżrael — Ben Gurion — il-lejl li għadda wara li nstabet bomba fl-ajruport.

Meta l-bomba ngħatat lill-membri tas-sigurtà, dawn allarmaw ruħhom. Bosta passiġġieri, maħkuma minn biża’ kbir, bdew jiġru fit-terminal u oħrajn ħasshom ħażin. Saħansitra kien hemm raġel ta’ 32 sena li ttieħed l-isptar għal aktar attenzjoni medika hekk kif sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ fuq il-“carousel” tal-bagalji.

Ingħad li familja Amerikana li kienet tinsab l-ajruport ikkaġunat din il-biża’ fost il-passiġġieri, hekk kif il-midja Amerikana Jewish Press irrappurtat li membru ċkejken minn din il-familja sab il-bomba u refagħha bħala “suvenir”.

Skont mhu rrappurtat, din il-familja ġabret il-bomba waqt żjara fil-Golan Heights. Il-Golan Heights kien waqa’ taħt il-kontroll ta’ Iżrael fl-1967 wara kunflitt bejn is-Sirja u l-Iżrael; wieħed għadu jista’ jsib xi munizzjon f’din iż-żona li ntuża waqt it-taqtigħa.

Il-kalma fl-ajruport saltnet biss wara li skwadra ta’ esperti tal-isplussivi għarrfet lill-individwi illi ma kienx hemm periklu. Il-familja Amerikana tħalliet titla’ abbord fuq l-ajruplan wara li wieġbet għall-mistoqsijiet kollha li sarulha mill-membri tas-sigurtà.

Sport