Monday, May 13, 2024

Kobbie Mainoo jrid jagħżel bejn l-Ingilterra u l-Ghana

Aqra wkoll

L-FA Ingliża se tipprova tikkonvinċi lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Manchester United Kobbie Mainoo sabiex jilgħab għall-Ingilterra hekk kif il-kowċ Gareth Southgate jixtieq ħafna jsejjaħlu fl-iskwadra tiegħu.

Il-plejer għandu 18-il sena u apparti parentela Ingliża, għandu wkoll ċittadinanza mill-Ghana. Dawn tal-aħħar ukoll jixtiequ lil dan iż-żagħżugħ jilgħab magħhom għalkemm id-deċiżjoni finali jrid joħodha proprju hu.

Mainoo qal li m’għandux xi għaġla partikolari hekk kif bħalissa qed jipprova jtejjeb il-ħiliet tiegħu f’dan l-isport imbagħad meta jkun il-waqt jagħti r-risposta definittiva tiegħu.

Sport