Thursday, May 30, 2024

Koeman iwissi lil Barcelona dwar it-tluq ta’ De Jong

Aqra wkoll

L-eks coach ta’ Barcelona, Ronald Koeman, qal lill-club biex ma jbiegħx lil Frenkie de Jong lil Manchester Uni­ted.

Il-United qed isegwu lill-internazzjonali Olandiż bħala parti mir-reviżjoni tal-iskwadra ta’ Erik ten Hag qabel jibda l-istaġun tal-Premier League 2022/23.

Madankollu, biż-żewġ clubs imqabbda fin-negozjati, hekk kif Barcelona jimmiraw għal ħlas inizjali ta’ €65 miljun, li jitla’ għal €85 miljun b’żidiet oħra, ma sar l-ebda progress.

Il-president tal-club Katalan, Joan Laporta, ta x’jifhem li de Jong jeħtieġ li jnaqqas is-salarju tiegħu biex jibqa’ fin-Nou Camp, minkejja d-determinazzjoni personali tiegħu li jżomm f’idejn lill-eks midfielder ta’ Ajax.

Il-pożizzjoni ta’ Laporta hija riflessa minn Koeman, li jemmen li li jħalli lil de Jong jitlaq jibgħat messaġġ negattiv dwar il-progress ta’ Barcelona.

“Għandi ħafna kuntatt ma’ Frenkie u naf is-sitwazzjoni tiegħu”, skond rapporti minn ġurnal awtorevoli sportiv Spanjol.

“Hu diġá qal li jrid jibqa’, u l-intenzjoni tiegħu hi li jkompli ma’ Barca.

“Hemm ħafna xnigħat, iżda naħseb li Barca dejjem iżommu l-aħjar u jiffirmaw l-aħjar. Biex ittejjeb, ma tridx tbiegħ players bħal Frenkie de Jong.”

Il-kummenti ta’ Koeman se jiffokaw mill-ġdid l-attenzjoni fuq kif Barcelona jimmaniġġjaw is-sitwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin, b’kemm Laporta kif ukoll de Jong jimbuttaw għal kontinwazzjoni fil-Katalonja.

Madankollu, jekk ma jistax jaqbel mat-termini fuq kuntratt ristrutturat, il-United se jkunu lesti li jagħmlu pass imġedded għall-player ta’ 25 sena.

Sport