Il-partita li Atletico Madrid lagħbu barra minn darhom kontra Seville u li rebħu bl-iskor ta’ 2-0, kienet waħda speċjali għal Jorge Resurreccion Merodio magħruf aħjar bħala Koke.
Dan minħabba li hu sar l-iktar player li lagħab fl-istorja tal-Colchoneros. Fil-partita li ntlagħbet f’Estadio Ramon Sanchez Pizjuan hu għaqqad 554 partita, ikkunsidrat rekord għall-klabb mill-belt kapitali Spanjola.