“Kont għadni qas għamilt il-praċett meta bdejt ninvolvi ruħi fil-festa tar-Rabat. Kont nosserva u meta bdejt nikber bdejt nagħmel xi xogħol ta’ ħadid. Mix-xogħol tal-ħadid, ġie l-licensee Raymond Borg u talabni biex nagħmillu xi xogħol f’reddiena. Minn hemm għamilt xi xogħol ta’ manutenzjoni u aktar ‘il quddiem bdejt immur anke l-kamra tan-nar.
Nagħmel ħafna mix-xogħol tan-nar tal-art u nħoss li huwa parti minni. Ommi u missieri jgħidu li meta kont żgħir ħafna minflok kont inkun irrid noqgħod narah kont moħħni biex niġri.
Missieri għandu post speċjali wkoll għalija minħabba l-appoġġ kontinwu tiegħu anke minkejja d-diffikultajiet li kellna naffaċċjaw minħabba telfiet fil-familja li kellna fl-aħħar xhur. It-Tapit ta’ din is-sena se niddedikah kollu kemm hu lill-għeżież zijiet tiegħi li sfortunatament mietu l-erbgħa li huma din is-sena.
Kwantita la hawn ħafna u lanqas ftit imma li nista’ ngħid hu li tliet kwarti tal-ħin li nqatta’ fil-kamra tan-nara nara li x-xogħol jiġi kif għandu jkun u kemm jista’ jkun pulit.
Nirringrazzja lil dawk kollha li jagħtu s-sostenn tagħhom. Fuq iz-zuntier insib ħafna appoġġ minn żgħażagħ oħra, l-licensee dejjem hemm biex nikkonsulta miegħu anke jekk sakemm naslu għall-prodott mixtieq nispiċċaw niġġieldu ħafna u fost il-familja tiegħi ma nistax ma nirringrazzjax lit-tfajla tas-sapport kontinwu. Sfortunatament minkejja li tagħmel ħafna xogħol li ma jidhirx f’dawn il-preparamenti, f’dawn l-aħħar jiem ma setgħetx tkun preżenti minħabba raġunijiet ta’ saħħa, iżda jekk Alla jrid illejla ngawdu dak kollu li ħdimna għalih mar-Rabtin Pawlini u dawk kollha preżenti għall-festa.
Minn qalbi nawgura l-festa t-tajba lir-Rabtin kollha b’mod speċjali lil sħabi tal-kumpless tan-nar.”