Saturday, May 18, 2024

Waterpolo: Marsaskala jirbħu logħba pjaċevoli

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaskala ……….9

Otters …………….4

(4-1, 2-1, 0-1, 3-1)

F’logħba pjaċevoli mill-cross-over, Marsaskala għelbu lil Otters bl-iskor ta’ 9-4. 

L-Iskalin esprimew id- dominanza tagħhom matul il-partita kollha b’Otters jippruvaw iwettqu xi tip ta’ reazzjoni li ma kinetx biż­żejjed.

Għall-Iskalin spikka David Pace Lupi li rreġistra hat-trick personali, waqt li għal Otters l-aqwa skorer kien Andrew Dimech li skorja żewġ goals.

Marsaskala għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals jaslu minn Kyle Navarro, David Pace Lupi, Lucas Falzon u Mark Carani. Andrew Dimech wieġeb għal Otters.

L-Iskalin rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 2-1 bl-iskorers ikunu Lucas Falzon u Mark Carani. 

Min-naħa l-oħra,  Andrew Dimech skor­ja l-uniku goal għal Otters.

Iżda Otters wettqu reaz­zjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Matthew Farrugia.

Fir-raba’ sessjoni l-Iskalin irritornaw għar-rebħ … bl-iskor ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals ikunu Gerald Sammut u David Pace Lupi (2). Għal Otters skorja Karl Scicluna.

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro (1), 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (3), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar, 12-Mark Carani (2), 13-Aidan Muscat, 14-Stefano Fava, 15-Lucas Falzon (2) – Coach: Arpad Babay

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna (1), 4-Luke Grech Carr, 5-Matthew Farrugia (1), 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech, 10-Simon Apap, 11-Zion Bartolo, 12-Andrew Dimech (2), 13-Giovanni Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef – Coach: Robert Munkacsy

Referees: Giuseppe Fusco, Neville Mercieca

Sport