Sunday, November 24, 2024

Kollox lest għas-serata finali ta’ Miss World Malta 2024

Aqra wkoll

Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Lulju, waqt xandira diretta fuq One TV nsiru nafu minn ser jirrapreżentana fl-akbar konkors tas-sħuħija Miss World, fejn se nkunu qed insegwu lil Martine Cutajar, ir-rebbieħa tas-sena l-oħra ċċedi l-kuruna.

Din hija s-27 edizzjoni li Modelle International qed torganizza minn mindu ngħatat lilhom il-liċenzja minn Miss World Jersey Ltd, fejn ta’ kull sena ilaqqgħu 25 kontestanta minn diversi lokalitajiet minn Malta u Ghawdex

Il-kontestanti kollha, li kollha ġew diġá ġġudikati fuq il-personalitá tagħhom, se narawhom jimmudellaw ilbiesi eleganti, fejn imbagħad jintgħażlu 12, u lil dawn narawhom jiġu ġġudikati fuq il-figura tagħhom permezz ta’ malji tal-għawm, biex finalment naraw l-aħħar sitt finalisti jgħaddu l-messaġġ tagħhom.

Il-ftuħ tas-serata se jkun f’idejn Kurt Calleja u Kevin Paul Calleja.

Is-serata ser tkun immexxija mill-preżentaturi Keith Demicoli u Sarah Bajada.

Dawk kollha preżenti se jaraw kollezzjonijiet tal-aħħar moda minn Shubette, Raja & Co. Chelsey’s, Gis’el Couture, Colcci u Intimate swimwear.

Sue Rossi u Claudia Calleja, l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment huma sodisfatti ħafna wara xhur ta’ ħidma mill-protagonisti ta’ nhar l-Erbgħa li ġej. Grazzi tmur lill-isponsors uffiċjali ta din is-serata u VisitMalta.

Din is-serata se tkun bi trażmissjoni diretta fuq One TV fid 9 pm min Fort St Elmo, u qed tiġi organizzata minn Modelle International, esklussivament liċenzjati minn Miss World Jersey Ltd.

Sport