Monday, November 11, 2024

Kollox lest għas-serata finali tal-Enemed Malta Motorsport Awards

Aqra wkoll

It-Tlieta, 9 ta’ Mejju, Duncan Micallef, president tal-Malta Motorsport Federation u Jonathan Bruno, Segretarju Ġenerali tal-federazzjoni, ħabbru d-dettalji tal-Enemed Malta Motorsport Awards għal din is-sena.

Il-premijiet qed jiġu organizzati fil-Lukanda Intercontinental f’San Ġiljan fis-serata tas-Sibt, 20 ta’ Mejju. Il-federazzjoni tippermetti lill-klabbs affiljati kollha li jirrikonoxxu sewwieq jew uffiċjal.

Minbarra dawn ir-rikonoxximenti, il-federazzjoni qed iżżid oħrajn ġodda, prinċipalment għall-aħjar Uffiċjal tal-Motorsport, l-aħjar Marshall, u l-Award tal-president, li jitħalla kompletament fid-diskrezzjoni tal-president tal-federazzjoni. Minbarra l-premijiet, ser jkun hemm xi ħadd li ismu ser jiżdied fil-Malta Motorsport Hall of Fame.

Għall-okażżjoni, Il-federazzjoni stiednet lil Arturo Merzario, eks sewwieq tal-formula wieħed u Viċi President tal-FIA għall-Isport Manuel Avira Rogers.

Duncan Micallef irringrazzja lill-amministrazzjoni tiegħu u lil Tonio Mizzi għall-organizzazzjoni ta’ din is-serata u numru ta’ sponsors.

Sport