Monday, March 17, 2025

Kolo Muani minflok Isak?

Aqra wkoll

Newcastle United qed isegwu sew il-progress tal-attakkant internazzjonali Franċiż Randal Kolo Muani. Dan tal-aħħar bħalissa jinsab fuq bażi ta’ self ma’ Juventus mingħand Paris St Germain u stabilixxa ruħu f’xahrejn biss għax qed jiskorja l-gowls ma’ La Vecchia Signora.

Peress li l-Magpies jistgħu jitilfu lill-attakkant internazzjonali Żvediż Alexander Isak huma beħsiebhom jippruvaw għall-plejer ta’ 26 sena li skorja ħames gowls f’seba’ logħbiet ma’ Juventus.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport