Għat-tieni sena konsekuttiva, Reġjun Punent, ilbieraħ filgħodu organizzat kompetizzjoni tal-presepji tal-Milied, kemm għat-tfal , kifukoll għall-kbar, magħmula minn materjal riċikabbli.
Din il-kompetizzjoni saret fil-ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-iskart, bil-għan li l-ġenerazzjonjiet tal-lum jitgħallmu minn ta’ eta’ żgħira li biex wieħed joħloq presepju jew kwalunkwe ħaġa ma’għandux bżonn joqgħod jixtri l-affarijiet.
Apparti mill-kompetizzjoni nnfisha, il-pubbliku kien mħeġġeġ sabiex imur jara dawn il-presepji fil-kappella ta’ Santu Rokku f’Ħaż-Żebbuġ.
Wieħed seta’ jara li ntużaw diversi materjali rriċiklati, fosthom; injam , ċagħaq, tappijiet tas-sufra, kartuni tal-ħalb u bosta materjali oħra.
B’kollox għal dinil-kompetizzjoni applikaw mat-30 persuna kif ukoll entitajiet bhal Hellen Keller Resource Center u id-Dar tal-Providenza.