Monday, May 13, 2024

Poloz tal-Conference League: L-aktar partita attraenti hija Ajax v Bodo-Glimt 

Aqra wkoll

Meta ttellgħu l-poloz tal-play-offs tal-Conference League, l-aktar partita attraenti hija dik bejn Ajax kontra Bodo-Glimt. 

Dan minħabba li l-attenzjoni hija fuq it-team glor­już Olandiż li għadu kemm ħareġ minn kriżi kbira hekk kif sa ftit ġimgħat ilu kien fiż-żona tar-relegazzjoni tal-Kampjonat Olandiż. Minn dawn it-timijiet Ajax biss kienu champions Ewropej. 

Il-poloz irriżultaw hekk:

Sturm Graz v Slovan Bratislava

Servette v Ludogorets

Union Saint-Gilloise v Eintracht Frankfurt

Real Betis v Dinamo Zagreb

Olympiakos v Ferencvaros

Ajax v Bodo-Glimt

Molde v Legia Warsaw

Maccabi Haifa v Gent

L-ewwel legs jintlagħbu fil-15 ta’ Frar u t-tieni legs jintlagħbu fit-22 ta’ xahar. 

Ir-rebbieħa jikkwalifikaw għal mal-Aħħar 16 u jittellgħu biex jilagħbu kontra r-rebbieħa tal-gruppi tal-ewwel fażi li huma: Lille, Maccabi Tel Aviv, Victoria Plzen, Club Brugge, Aston Villa, Fiorentina, PAOK u Fenerbahce. 

Sport