Wednesday, April 24, 2024

Kompetizzjoni tal-presepji b’tema mhux tas-soltu 

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Għat-tieni sena konsekuttiva, Reġjun Punent, ilbieraħ filgħodu organizzat kompetizzjoni  tal-presepji tal-Milied, kemm għat-tfal , kifukoll għall-kbar, magħmula minn materjal riċikabbli. 

Din il-kompetizzjoni saret fil-ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-iskart, bil-għan li l-ġenerazzjonjiet tal-lum jitgħallmu minn ta’ eta’ żgħira li biex wieħed joħloq presepju jew kwalunkwe ħaġa ma’għandux bżonn joqgħod jixtri l-affarijiet. 

Apparti mill-kompetizzjoni nnfisha, il-pubbliku kien mħeġġeġ sabiex imur jara dawn il-presepji fil-kappella ta’ Santu Rokku f’Ħaż-Żebbuġ. 

Wieħed seta’ jara li ntużaw diversi materjali rriċiklati, fosthom; injam , ċagħaq, tappijiet tas-sufra, kartuni tal-ħalb u bosta materjali oħra. 

B’kollox għal dinil-kompetizzjoni applikaw mat-30 persuna kif ukoll entitajiet bhal Hellen Keller Resource Center u id-Dar tal-Providenza.

Sport